Effiċjenza fl-enerġija u audits tal-enerġija

Ministry for Gozo

Fil-binjiet tal-Gvern saru tnax-il audit tal-enerġija użata, fost l-oħrajn fiċ-Ċentru Amministrattiv fil-Belt Victoria fejn jinsabu ħafna mill-uffiċini tal-Gvern u l-istess Ministeru għal Għawdex.  Fix-xhur li ġejjin sa jsiru audits simili fl-iskejjel kollha tal-Gvern.  Il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem ukoll biex iżid in-numru ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il-bini tiegħu.