Kultura u Identita

Xogħol fuq il-Kappella ta’ Santa Ċeċilja
L-għaqda Wirt Għawdex rċiviet għajnuna finanzjarja li permezz tagħhom sar xogħol ta’ titjib fuq żewġ siti storiċi fil-gżira ta’ Għawdex – il-Kappella ta’ Santa Ċeċilja u s-silos taċ-Ċittadella.  Fil-Kappella Medjevali ta’ Santa Ċeċilja fix-Xewkija, sar x-xogħol ta’ restawr u tisbiħ li kien jinkludi l-installazzjoni ta’ art tal-injam u sistema ta’ dwal li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija.  Minn meta l-kappella kienet ġiet profanata fis-sena 1644 sa ftit tas-snin ilu, din il-binja kienet tintuża bħala maqjel jew kamra...
Cittadella Master Plan Outline Application u Ċentru għall-viżitaturi
In 2008 the Ministry for Gozo commissioned a Master Plan for the conservation and enhancement of Cittadella and its suburbs. This was completed in May 2010, following extensive consultation. Subsequently, the Ministry prepared an outline planning application for a number of key actions which were highlighted in the Master Plan. The most significant change is that the huge archway in the curtain wall, formed in 1956, will be closed most of the time and visitors will...
L-arti pubblika f’Għawdex
Il-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għal proposti intenzjonati biex iżidu l-kwantità ta’ arti pubblika f’Għawdex.  Permezz ta’ din is-sejħa, il-Ministeru ried jagħżel numru ta’ abbozzi li mbagħad setgħu jiġu kkummissjonati biex jinħadmu fuq skala ikbar u jitqiegħdu f’diversi spazji pubbliċi f’Għawdex.  Kull artist ingħata l-possibbiltà li jissottometti tliet xogħlijiet.  L-abbozzi kollha li ġew ippreżentati dehru f’wirja li nżammet f’April 2011.  F’din il-wirja dehru total ta’ 120 abbozz. Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.  ...
Skema ta’ eko-Għawdex għal proġetti mill-kunsilli lokali
Il-Ministeru għal Għawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti ta’ eko-Għawdex imwettqa minn kunsilli lokali.  Permezz ta’ din l-iskema, kunsilli lokali u kumitati amministrattivi bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa €70,000 għal proġetti li jsaħħu s-sostenibbiltà tal-lokalità tagħhom. Il-viżjoni eko-Għawdex tibbaża ruħha fuq il-mira li jirnexxielha tikseb standards għoljin ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira tagħna.  Il-kunsilli lokali jirrappreżentaw il-komunitajiet tagħna fuq livell lokali.  Qegħdin fl-aħjar sitwazzjoni biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-lokalitajiet li jamministraw, u jiżguraw li l-azzjoni mwettqa b’riżq...
Skema ta’ proġetti ta’ eko-Għawdex mill-organizzazzjonijiet non-governattivi
Il-Ministeru għal Għawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti ta’ eko-Għawdex imwettqa minn organizzazzjonijiet non-governattivi.  Permezz ta’ din l-iskema, għadd ta’ NGOs ibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa €50,000 għal proġetti li jsaħħu s-sostenibbiltà tal-gżira ta’ Għawdex. Din l-iskema għenet ukoll lill-NGOs biex setgħu jieħdu sehem b’mod attiv fit-twettiq tal-proġett ta’ eko-Għawdex, speċifikament fil-miżuri identifikati fid-dokument Eco-Gozo: A better Gozo Proposed Action 2010-2012 maħsuba biex jitwettqu f’dan il-perjodu. Din l-iskema tnediet fl-1 ta’ Diċembru 2010. Għal aktar informazzjoni, għafas...
Green Wave
L-għan ta’ dan il-proġett mill-Emergency Response Rescue Corps hu avventura ta’ immaniġġjar tal-ħajja taħt il-baħar.  Dan kien jikkonsisti f’tindif taħt il-baħar, konservazzjoni ta’ siti prinċipali tal-għadis f’Għawdex, it-tnaqqis ta’ ghost fishing, u l-monitoraġġ tad-Dwejra Special Area of Conservation.  Element ieħor importanti ta’ dan il-proġett kien li offra esperjenza taħt il-baħar lit-tfal u l-persuni bi bżonnijiet speċjali.  Ġiet inkluża wkoll fih kampanja biex tkabbar l-għarfien u r-rispett lejn l-ambjent tal-baħar.  Dan il-proġett kien immirat għall-pubbliku b’mod...
GASART – Gozo Aquatic Search and Rescue Team
Dan il-proġett mill-Emergency Response Rescue Corps iffoka fuq il-bini ta’ sistema ta’ salvataġġ fil-baħar, billi tul ix-xhur tas-Sajf offra servizzi ta’ lifeguard u servizzi oħra ta’ emerġenza (salvataġġ fil-baħar u emerġenzi mediċi) f’Kemmuna u madwar xi bajjiet f’Għawdex.  Il-proġett inkluda wkoll parti edukattiva, bl-għan li l-pubbliku jiġi edukat iżjed f’dan il-qasam, speċjalment it-tfal waqt attivitajiet ta’ Skola Sajf. Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi. Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.  ...
Heritage Trail
L-għan ta’ dan il-proġett mill-Fondazzjoni Ta’ Klula kien li jippromovi l-kultura u l-wirt storiku tal-villaġġ ħelu ta’ Santa Luċija.  Dan jista’ jsir l-aħjar bl-introduzzjoni ta’ heritage trail fil-villaġġ.  Għaldaqstant tħejjew żewġ pubblikazzjonijiet żgħar, wieħed fuq is-siti preistoriċi u medjevali li nsibu f’Santa Luċija jew qrib, u l-ieħor fuq il-ġabra ta’ leġġendi marbuta mal-post.  Dawn jistgħu jinkisbu wkoll f’soft copy biex wieħed jista’ faċilment itellagħhom fuq websajt.  Dan sa jkompli jippromovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika...
Intejbu s-sigurtà ta’ wieħed mit-teatri ewlenin ta’ Għawdex (Tneħħija tal-asbestos tal-bejt)
L-għajnuna finanzjarja mogħtija lis-Soċjetà Filarmonika Il Leone intużat fi proġett estensiv fejn inbidel il-bejt tat-Teatru Aurora.  Il-bejt, li kien tal-asbestos, tneħħa u minfloku tqiegħed wieħed ġdid, reżistenti biżżejjed biex jaqdi l-għanijiet ta’ proġett ġdid li għandu jtejjeb is-sostenibbiltà operattiva tiegħu.  Proġett bħal dan sa jwassal għall-istallazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il-bejt il-ġdid, li mbagħad sa jnaqqsu mill-konsum tal-elettriku fit-teatru.  Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi. Għal aktar informazzjoni, għafas hawnhekk. ...
Inġeddu għeruqna – it-triq ’il quddiem biex inħarsu l-wirt tagħna
Dan il-proġett mill- Kumitat Storiku-Kulturali Bażilika San Ġorġ inkluda l-konservazzjoni tal-eqdem żewġ reġistri parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li jmorru lura lejn il-bidu tas-seklu sbatax, il-kisba ta’ apparat teknoloġiku għad-diġitizzazzjoni professjonali tal-volumi tar-reġistri u l-manuskritti kollha, u t-twaqqif ta’ pannell informattiv u interattiv għat-tursiti li jżuru l-Bażilika ta’ San Ġorġ. Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi. ...
Restawr u tkattir tal-istorja u l-identità
Dan il-proġett kien jikkonsisti prinċipalment fir-restawr tal-altar maġġur il-qadim tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, iddisinjat minn Francesco V. Zahra, u fil-pubblikazzjoni ta’ rapport xjentifiku fuq il-proċess tar-restawr.  Dan it-teżor tal-arti rrestawrat sa jkun fost l-esebiti fil-Mużew Storiku u Ċentru Kulturali li mistenni jinfetaħ fi Pjazza San Ġorġ sa tmiem is-sena 2012. Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi. Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.    ...
Il-Mużew tal-Folklor fil-Qala
Dan il-proġett mill-Kunsill Lokali tal-Qala jinvolvi l-bidla ta’ dar antika f’Mużew tal-Folklor.  Din sa ssir vetrina ta’ tradizzjonijiet lokali u tal-folklor tar-raħal tal-Qala u l-gżira ta’ Għawdex.  Permezz ta’ dan il-proġett, il-pubbliku kollu u t-turisti sa jkollhom l-opportunità li japprezzaw it-tradizzjonijiet u l-folklor Għawdxi.  Il-Mużew tal-Folklor fil-Qala sa jkun valur miżjud għal lokalità li diġà hi magħrufa sew għall-Festival Internazzjonali tal-Folk li issa ilu jiġi organizzat għal dawn l-aħħar snin.  Dan il-proġett sa jgħin ukoll...
Visitation Museum
Dan il-proġett jinvolvi l-mużew tal-bażilika tal-Għarb. Dan il-mużew ser ikun qed juri l-oġġetti sagri relatati mal-knisja tal-Għarb.  Il-pubbliku ingenerali, inkuż it-turisti, ser ikunu jistgħu japprezzaw it-teżori u l-istorja ta’ din il-gzira u tippromwovi l-gzira Għawdxija bħala destinazzjoni unika. Dan il-proġett kien 95% iffinanzjat mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi.  ...