Smart Civic Centre

child care centre

Il-proġett tas-Smart Civic Centre ġie propost mill-Kunsill Lokali tal-Għarb biex jinkorpora fih it-twaqqif ta’ childcare centre, kif ukoll ix-xiri ta’ eco cab u eco truck.

Iċ-childcare centre sa joffri s-servizzi tiegħu lill-popolazzjoni kollha Għawdxija u jkun miftuħ sebat ijiem fil-ġimgħa s-sena kollha, mis-7.30am sal-5.00pm, biex jagħmilha iżjed faċli għall-ommijiet bi tfal żgħar li jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.

Bl-investiment ta’ eco cab u eco truck, li jaħdmu t-tnejn bl-elettriku, il-kunsill lokali sa jkun qed jipprovdi mezzi ta’ trasport iktar nodfa, ambjentali u sostenibbli. L-eco cab toffri s-servizz tagħha lir-residenti tal-lokalità u lill-membri tal-komunità bi bżonnijiet speċjali u mobilità limitata.  Dan is-servizz sa jkun estiż ukoll għat-tursiti li jkunu qed iżuru s-sit imsebbaħ ta’ Wied il-Mielaħ.

L-eco truck qed jieħu post trakk second-hand, qadim 25 sena, li kien jaħdem bil-gass.  Minflok issa sa jkollna vettura ġdida, taħdem bl-elettriku, nadifa u sostenibbli, biex isservi għax-xogħol ta’ tindif u manutenzjoni ta’ kuljum fil-lokalità.

Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Kunsilli Lokali.

Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.