Tnedija tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tas-Saħħa Mentali

Sunset at DwejraFil-bidu ta’ Ottubru 2010 inżamm programm ta’ attivitajiet bl-għan li joħloq aktar għarfien fost il-poplu tagħna dwar il-problemi ta’ saħħa mentali u l-esklużjoni soċjali.  It-tnedija tal-programm ta’ prevenzjoni kienet indirizzata speċifikament għall-istudenti li jattendu fir-raba’, il-ħames u s-sitt sena tal-iskejjel primarji tal-Kulleġġ ta’ Għawdex u tal-Knisja.

It-tnedija inkludiet ukoll programm promozzjonali, fejn tqassam materjal informattiv fuq dan is-suġġett fil-pjazez u ċ-ċentri kummerċjali prinċipali tal-Belt Victoria.

F’Ottubru 2011 ġiet organizzata l-ewwel konferenza mill-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali, bit-tema A better future for me… Would you help me?, bħala parti mill-kampanja tagħha ta’ informazzjoni.  Din il-konferenza nżammet fis-sala tal-Iskola Primarja Ta’ Sannat u ddiskutiet is-saħħa mentali tat-tfal u l-adolexxenti.