Pannelli ta’ interpretazzjoni u apparat awdjo-viżwali għal binjiet ta’ patrimonju kulturali f’Għawdex u f’Kemmuna, kif ukoll DVD fuq il-wirt ta’ dawn il-gżejjer

mgoz_ecogozo-NGO_DinL-ArtHelwa_nov2011_DSC_1878

Dan il-proġett minn Din l-Art Ħelwa jikkonsisti fil-ħolqien ta’ pannelli informattivi għal binjiet ta’ wirt storiku f’Għawdex u f’Kemmuna.  Dawn il-pannelli huma mqassma hekk: 12 fit-Torri ta’ Kemmuna, 4 fil-Batterija ta’ Kemmuna, 8 fit-Trunċiera tal-Qala u 10 fit-Torri tax-Xlendi.  Dawn il-pannelli sa jipprovdu tagħrif fuq l-importanza storika tas-siti, il-flora u l-fawna tal-post, siti oħra ta’ interess storiku fil-madwar, it-tradizzjonijiet u l-istili ta’ ħajja kif ukoll il-bijodiversità tal-lokalitajiet.  Lill-viżitaturi żgħar li jżuru s-siti sa jitqassmulhom project worksheets interattivi.  Bħala parti minn dan il-proġett ta’ Din l-Art Ħelwa nħadem ukoll DVD fuq il-wirt kulturali u storiku, li fih tagħrif fuq il-fortifikazzjonijiet l-aktar importanti f’Għawdex u f’Kemmuna, l-isfond u l-importanza storika tagħhom, kif ukoll il-postijiet ta’ interess li wieħed isib fil-qrib jew f’rabta magħhom.

Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Għaqdiet mhux Governattivi.

Għal aktar informazzjoni, għafas hawnhekk.