Żvilupp tal-industrija lokali u internazzjonali tal-Informatika u t-teknoloġija ekoloġika biex tissaħħaħ l-ekonomija Għawdxija

ict-climate-change-006L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett hu li jikkordina u jgħaqqad flimkien inizjattivi marbuta mal-qasam tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni permezz ta’ websajt li sservi bħala forum elettroniku li jinkuraġġixxi, jattira u jiffaċilita l-kollaborazzjoni interna fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) u r-Riċerka u l-Iżvilupp, b’enfasi fuq is-sigurtà tal-internet.  Dan il-proġett għandu l-potenzjal li jifforma gruppi ta’ eċċellenza b’benefiċċji diretti u indiretti, kif ukoll li joħloq iktar impiegi.  Dan il-proġett tejjeb l-iżvilupp ta’ dan is-settur importanti u wassal għall-ħolqien ta’ impiegi ġodda b’valur miżjud li huma vitali għall-ekonomija ta’ Għawdex.

 

Il-proġett indirizza miżuri speċifiċi li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni ta’ eko-Għawdex, bħalma hi l-implimentazzjoni tal-one-stop-shop b’riżq aktar investiment f’Għawdex.  Miżura oħra mħaddma permezz tal-proġett tal-ICTGM kienet it-twettiq ta’ studju dwar il-livell u t-tkabbir tal-konnettività tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni fil-gżira.

Dan il-proġett kien eligibli għal 95% tal-finanżjament mill-iskema ta' eko-Għawdex għal Kunsilli Lokali.

Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.