Skema ta’ eko-Għawdex għal proġetti mill-kunsilli lokali

aquadotIl-Ministeru għal Għawdex nieda skema ta’ finanzjament għal proġetti ta’ eko-Għawdex imwettqa minn kunsilli lokali.  Permezz ta’ din l-iskema, kunsilli lokali u kumitati amministrattivi bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa €70,000 għal proġetti li jsaħħu s-sostenibbiltà tal-lokalità tagħhom.

Il-viżjoni eko-Għawdex tibbaża ruħha fuq il-mira li jirnexxielha tikseb standards għoljin ta’ żvilupp sostenibbli għall-gżira tagħna.  Il-kunsilli lokali jirrappreżentaw il-komunitajiet tagħna fuq livell lokali.  Qegħdin fl-aħjar sitwazzjoni biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-lokalitajiet li jamministraw, u jiżguraw li l-azzjoni mwettqa b’riżq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-komunità tagħhom tkun tassew effettiva.  Għalhekk, il-Ministeru għal Għawdex ta l-opportunità lill-kunsilli lokali li jinvolvu ruħhom direttament fit-twettiq tal-proġett eko-Għawdex, u speċifikament fil-miżuri identifikati fid-dokument Eco-Gozo: A better Gozo Proposed action 2010-2012 intenzjonati li jitwettqu f’dan il-perjodu.  Din l-iskema tnediet fit-23 ta’ Novembru 2010. 

F’Awwissu l-Ministeru għal Għawdex nieda t-tieni sejħa f’rabta mal-iskema ta’ finanzjament għal proġetti ta’ eko-Għawdex minn kunsilli lokali.  Dawk il-kunsilli lokali li kienu għadhom ma bbenefikawx mill-ewwel sejħa jew dawk li ma bbenefikawx mill-għajnuna sħiħa ta’ €70,000 fl-ewwel sejħa, kellhom l-opportunità li japplikaw għal finanzjament ta’ proġetti li jsaħħu s-sostenibbiltà tal-lokalità tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, għafas hawn.