Sostnuna

Il-viżjoni eko-Għawdex hija viżjoni mibnija fuq l-impenn ta’ soċjetà ħerqana li tkun kapaċi ssostni l-futur tagħha bħal ma għamlet fil-passat. L-istrateġija ta’ eko-Għawdex għandha l-appoġġ qawwi ta’ ħafna nies u entitajiet privati minkejja li l-impenn ta’ kull individwu hu dak li jagħmel il-viżjoni eko-Għawdex, ir-realtà li aħna lkoll qed naħdmu għaliha.

sostnunaL-impenn tagħna hu li Għawdex issir gżira ekoloġika fejn l-ħajja tar-residenti tkun aħjar, fejn dawk kollha li jżuruna jammiraw is-sbuħija tal-ambjent naturali u fejn l-iżvilupp isir fil-kuntest ta’ pjan sostenibbli biex niżguraw li dak kollu li nakkwistaw ikompli jirrispetta l-ħajja Għawdxija.

Hemm ħafna modi kif inti tista’ tappoġġja l-proġett ta’ eko-Għawdex, minn affarijiet żgħar sa impenji akbar biex il-viżjoni ta’ eko-Għawdex issir realtà.  Din l-istrateġija hi maqsuma fuq erba’ pilastri prinċipali: Ambjent, Soċjetà, Ekonomija u Kultura u identità. Dawn l-erba setturi għandhom in-niċċa rispettiva tagħhom fil-viżjoni eko-Għawdex imma l-erbgħa huma relatati ma’ xulxin.  Li nħarsu l-ambjent tagħna huwa importanti, mhux biss biex nipproteġuh, imma wkoll għaliex jgħin l-ekonomija tal-gżira tkun aktar b’saħħitha u aktar indipendenti.  Soċjetà edukata mhix waħda li tapprezza biss l-ambjent naturali imma soċjetà li tirrikonoxxi l-identità kulturali bħala fattur importanti għal futur tagħha.  


Inti tista’ tappoġġja l-proġett eko-Għawdex billi tirreġistra l-identità tiegħek hawn isfel, billi tibgħat il-kummenti tiegħek u billi tingħaqad fuq il-paġna tagħna fuq facebook fejn tkun tista’ tirċievi l-aħħar aħbarijiet fuq il-proġetti li qed isiru fil-gżira.  Il-kummenti tiegħek, tal-familja tiegħek u ta’ ħbiebek huma milqugħa , biex hekk anke intom tingħaqdu mal-ħafna li diġà qegħdin jissaportjaw dan il-proġett.  Il-kummenti kostruttivi tiegħek huma milqugħa u huwa pjaċir tagħna li nisimgħu s-suġġerimenti tiegħek.


L-ideat u l-inizjattivi tiegħek li taħseb li għandhom ikunu parti mill-viżjoni eko-Għawdex huma importanti ħafna għalina.  Il-viżjoni eko-Għawdex inbniet fuq il-kummenti u proposti ta’ dawk kollha interessati fil-gżira Għawdxija.  Il-perjodu konsultattiv fejn il-pubbliku seta’ jsemma’ leħnu kien wieħed li qatt ma rat din il-gżira.  Mill-esperjenza u l-inizjattivi tal-persuni li pparteċipaw irnexxielna niġbru l-aspirazzjoni tas-soċjetà Għawdxija u ppreparat strateġija komprensiva biex timplimenta inizjattivi fattibli.  Il-gvern iddedika €25 miljun għall-implimentazzjoni tal-miżuri short-term li mbagħad jiżviluppaw f’dawk medium-term bl-implimentazzjoni ta’ aktar proġetti li eventwalment ikunu lesti sas-sena 2020 fejn il-miżuri long-term ikunu ntlaħqu. 

L-appoġġ tiegħek huwa kruċjali għas-suċċess ta’ eko-Għawdex.  Flimkien inkunu qed ngħinu biex nibdlu l-gżira għal waħda ekoloġika: eko-Għawdex, Għawdex aħjar.

like us on faceboook