Il-Ministru f’laqgħa ma’ delegazzjoni Parlamentari Ġermaniża

View from NuffaraIl-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ltaqgħet ma' delegazzjoni mill-Parlament Ġermaniż li żaret Għawdex, bħala parti miż-żjara li din id-delegazzjoni għamlet f'Malta fil-jiem li għaddew.

Matul din il-laqgħa li saret fil-Ministeru għal Għawdex, ġew diskussi fost l-oħrajn l-għanjiet prinċipali tal-viżjoni Eko-Għawdex, kif ukoll kif Għawdex jibbenefika minn turiżmu mis-suq Ġermaniż. Il-Ministru Debono tat ukoll informazzjoni dwar l-irwol tal-Ministeru għal Għawdex fuq bażi reġjonali u fil-kuntest nazzjonali.

Wara l-laqgħa, din id-delegazzjoni, li tifforma parti mill-Grupp ta' Ħbiberija Parlamentari Malta – Ġermanja, żaret id-Dwejra u l-villaġġ tas-Snajja' f'Ta' Dbieġi, il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u ċ-Ċittadella kif ukoll it-tempji tal-Ġgantija.

L-għan taż-żjara ta' din id-delegazzjoni, li kienet immexxija mill-Kap tal-grupp, is-Sur Ernst-Reinhard Beck, kienet li jsiru taħdidiet dwar kwistjonijiet kurrenti li huma ta' interess għaż-żewġ pajjiżi. L-interessi ewlenin ta' dan il-grupp huma l-ekonomija, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-kultura.

13.03.2009