Naqqas u ffranka: Pariri kif tnaqqas mill-konsum tal-enerġija u ilma lil kull familja f’Għawdex

iStock 000013329742Medium - CopyL-għan ta’dan il-proġett hu li jwassal f’kull dar Għawdxija pariri b’xejn dwar kif il-familji jistgħu jnaqqsu mill-konsum tal-enerġija u l-ilma waqt li jiffrankaw fil-kontijiet tagħhom.  Dawn il-pariri ser jingħataw f’kull dar f’Għawdex permezz ta’ ftehim li ntlaħaq bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli fi ħdan l-Università ta’ Malta. Numru ta’ uffiċjali ġew imħarrġa apposta biex jiltaqgħu mar-residenti Għawdxin u jkellmuhom dwar il-benefiċċji marbuta mat-tnaqqis tal-enerġija, il-konservazzjoni ta l-ilma, l-użu ta’ tekonoloġija sostenibbli kif ukoll separazzjoni tal-iskart.

Ser jitqassam fuljett li se jkollu fih informazzjoni dwar il-proġett eko-Għawdex u l-importanza li l-gżira Għawdxija ssir waħda sostenibbli. Se jkollu wkoll pariri kif tnaqqas mill-konsum tal-enerġija u tal-ilma fid-djar kif ukoll tiffranka l-flus. Il-fuljett jiġbor fih ukoll informazzjoni dwar l-aħħar teknoloġija biex tuża riżorsi naturali kif ukoll dwar l-immaniġġjar tal-iskart fid-djar.

Għall-aktar informazzjoni, għafas hawn. 

 

Għafas hawn biex tniżżel l-ktejjeb ta' informazzjoni li qed jitqassam fid-djar.