Three Hills Garden inagurated

Below is the official speech by Dr Lawrence Gonzi, Prime Minister on the inuguration of the Three Hills Garden in Marsalforn.

 

Diskors tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt l-inawgurazzjoni tal-Ġnien it-Tliet Għoljiet

 

qed noħolqu aktar spazji miftuħa għaliex irridu l-aħjar għal uliedek, l-aħjar ambjent fejn jilagħbu, l-aħjar biex jikbru b’saħħithom…..”

 

Fi 3 xhur f’Għawdex ġew inawgurati u qed jintużaw mit-tfal u l-familji żewġ ġonna pubbliċi ġodda – Villa Rundle u mill-bieraħ Ġnien it-tliet Għoljiet f’Marsalforn.

 

Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.  F’diskors li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li l-politika tal-Gvern hi li joħloq aktar spazji fejn it-tfal u l-familji jkunu jistgħu iqattgħu l-ħin u jiddevertu.  Hu qal li b’aktar spazji pubbliċi l-Gvern qed juri li jrid “l-aħjar għal uliedek, l-aħjar ambjent fejn jilagħbu u l-aħjar biex jikbru b’saħħthom”.  Dan għaliex l-ambjent li t-tfal jgħixu, jitrabbew u jilgħabu għandu effett fuq is-saħħa tagħhom.  Għalhekk il-Gvern qed iżid l-ispazji pubbliċi.  Hu qal li fl-aħħar 3 xhur ukoll l-Gvern fetaħ ukoll żewġ parks oħra f’Malta – il-Water Park f’Bugibba u Ġnien Pembroke.  Hu qal li l-Gvern se jagħmel żewġ parks oħra tal-ilma, wieħed fin-naħa t’isfel ta’ Malta u l-ieħor fil-Qbajjar f’Għawdex.

 

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal l-proġetti li jsiru joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema.  Waqt li kien qiegħed isir Ġnien it-Tliet Għoljiet f’xi fażi jew oħra tal-proġett kien hemm 133 ħaddiem jaħdmu. 

 

Kull proġett li nagħmlu mit-tisbiħ ta’ Villa Rundle sal-proġett taż-Żewwieqa Waterfront, mit-titjib li qed isir fil-Kumpless Sportiv ta’ Victoria għat-titjib fl-isptar ta’ Għawdex, mill-bini ta’ skola ġdida f’Victoria sal-faċilitajiet sportivi f’dik l-iskola, kollha joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema waqt li jkunu għaddejjin il-proġetti u wara, sostna l-Prim Ministru.

 

Hu qal li minbarra x-xogħol li nħoloq waqt li kien għaddej il-proġett tal-ġnien, illum żona mitluqa inbidlet f’attrazzjoni oħra.  Għalhekk titjib taż-żona jfisser aktar nies fl-inħawi u għalhekk aktar kummerċ u negozju fil-ħwienet u fir-restoranti.  Dan kollu jissarraf f’aktar impjiegi.

 

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li dan il-ġnien huwa spazju pubbliku ieħor għat-tgawdija tal-familji Għawdxin u t-turisti Maltin u barranin, li jżuru din il-lokalità tant popolari f’Għawdex. Hija rringrazzjat fost l-oħrajn lill-Kunsilli Lokali taż-Żebbuġ, kemm dak preżenti kif ukoll dawk preċedenti, tal-kollaborazzjoni tagħhom f’dan il-proġett li jaqdi funzjonijiet varji, meta wieħed iqis l-importanza tal-lokalità bħala żona turistika u lokalità residenzjali. “Niddedika dan il-ġnien: lit-tfal li se jilagħbu fih; lill-familji li se jiltaqgħu fih; lill-anzjani li fih se jqattgħu ħin ta’ mistrieħ; lill-viżitaturi Maltin u barranin li se jżuruh; lill-ħaddiema, residenti u operaturi turistiċi ta’ din il-lokalità”, żiedet tgħid il-Ministru Debono.

 

Il-Ministru għal Għawdex irreferiet ukoll għall-proġetti oħra ppjanati li jitwettqu f’Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex, fosthom il-Waterpark li ser isir fil-promenade tal-Qbajjar, il-bini mill-ġdid tal-breakwater u l-proġett ta’ tisbieħ tal-Waterfront ta’ Marsalforn.

 

Ġnien it-Tliet Għoljiet li jkopri medda ta’ 4,400 metru kwadru jinkludi sitt żoni ta’ logħob għat-tfal, belvedere, water feature, lampi li jikkonvertu l-enerġija mix-xemx u jdawlu żoni differenti, kif ukoll il-Menhir, xogħol artistiku taċ-ċeramista Għawdxija Kathleen Formosa, li huwa l-ewwel wieħed li tpoġġa fi spazju pubbliku, mit-43 abbozz ta’ xogħlijiet artistiċi magħżula taħt l-iskema L-Arti fit-Toroq. 

 

F’dan il-ġnien s’issa tħawlu madwar 900 siġra u pjanti oħra, li ser jissaqqew permezz ta’ irrigation system minn ġibjun kbir li nbena apposta. 750 minn dawn is-siġar u pjanti ngħataw minn Magro Brothers permezz ta’ donazzjoni fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mit-twaqqif tal-prodott tal-kunserva Three Hills.

 

Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.

  Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    qed noħolqu aktar spazji miftuħa għaliex irridu l-aħjar għal uliedek, l-aħjar ambjent fejn jilagħbu, l-aħjar biex jikbru b’saħħithom…..”       Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.    Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, proġett li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex sar b’investiment ta’ madwar €1 miljun. Dan il-ġnien huwa proġett ieħor marbut mal-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Eko Għawdex 2010 – 2012.

 

 12. 08. 2012