Proġett għall-ħarsien u l-immaniġjar tal-ilma f’Għawdex

Kercem building of reservious

Il-kumpanija Coca-Cola, permezz tal-għaqda filantropika internazzjonali ‘The Coca-Cola Foundation’, qed tgħin lill-Ministeru għal Għawdex b’għotja ta’ $800,000 għall-implimentazzjoni ta’ proġett għall-ħarsien u l-immaniġjar tal-ilma f’Għawdex.  Dan il-proġett ser iwassal għall-installazzjoni u riabilitazzjoni ta’ numru ta’ sistemi tal-ħażna tal-ilma tax-xita u sistemi mhux konvenzjonali ta’ ħażna tal-ilma.  Din l-iniżjattiva għandha l-għan li tigbor madar 5 miljun litru ta’ ilma tax-xita fis-sena.  Parti oħra min dan il-proġett jinkludi workshops u kampanja edukattiva fost l-tfal tal-iskola.  L-partners f’dan il-proġett jinkludu l-General Soft Drinks Co. Ltd (raprezentanti tal-Coca-Cola), Global Water Partnership – Mediterranean, Nature Trust Malta u l-Ministeru għal Għawdex. 

Għal aktar informazzjoni għafas hawn. 

Għafas hawn biex tara animazzjoni dwar il-proġett

 

Nizzel:

Teachers resource pack (EN)

Stakeholders Workshop Presentations

 Technicians Presentations