Tnedija tal-iskema “Cleaner and Greener Gozo” - inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex

DSC 5501Il-Ministeru ghal Ghawdex b' kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig (ETC) bhalissa ghaddej bl-iskema  Cleaner and Greener Gozo. Din hija skema li qed toffri opportunità lil persuni li huma inattivi u qeghda biex jiehdu esperjenza u jithajru jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Din tinkoraggixxi lill-poplu jipprotegi l-istat ambjentali ta Ghawdex.

Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Refalo qal kif fl-ewwel gimgha ta din l-iskema gew mistiedna u involuti diversi setturi bhal dak edukattiv, privat u l-NGOs. Taw is-sapport taghhom ukoll lil Lets Do It Malta. Illum giet imnedija kampanja edukattiva li wkoll tikkumplimenta l-iskema Cleaner and Greener Gozo, sabiex i c-cittaddini ingenerali jkunu involuti wkoll fdin l-inizjattiva. Fil-fatt fdan il-weekend stess il-gzejjer taghna nghaqdu ma 20 pajjiz iehor madwar il-Mediterran ilkoll bl-istess ghan

Bil-koordinazzjoni ta We Are All One, il-gzira Ghawdxija pparte ipat billi sar tindif fir-Ramla l-Hamra, Xlendi, Marsalforn u Hondoq r-Rummien fost diversi postijiet ohra. Fdawn il-jumejn Ghawdex inghaqad mal-bqija tal-Mediterran ghal ghan wiehed, jigifieri li jitnaddaf l-ambjent ta madwarna inkluz qigh l-bahar bl-ghajnuna volontarja ta diversi dive centres fosthom Atlantis, Bubbles, Nautica, Scuba King, Calypso, St. Andrews Diver School, Moby Dives, Utina Diving Centre. Ghaqdiet ohra mhux governattivi Ghawdxin u individwi, taw sehemom ukoll u dawn jinkludu l-fabrika Pamargan, ta Mena Estate, Grand Hotel, Kempinski u Cartridge World. Ikkollaboraw ukoll mal-Ministru ghal Ghawdex,  il-Lets Do it Malta u l-E.R.R.C. 

 Il-Ministru ghal Ghawdex ferah u rringrazzja lil diversi volontiera li pparte ipaw fi gruppi, mal-familji taghhom u mal-hbieb biex kemm ix-xtut, kif ukoll il-bahar taghna, jitnaddfu. Il-Ministru heggeg lil kulhadd jiehu hsieb l-ambjent ta madwaru sabiex Malta, Ghawdex u Kemmuna jikkonservaw il-gmiel naturali taghhom u li jixraqilhom. 

pr141019a - Copy

10. 05. 2014